Waslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet fil-grawnd tal-futbol f’Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun minn Sport Malta biex b’hekk ikun jista’ jitgawda mill-komunità.

Waqt zjara l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, spjega kif dan huwa Gvern impenjat b’mod sħiħ u holistiku biex fuq diversi oqsma li jmissu mal-ħajja ta’ bosta, jara li jitwettaq titjib li jista’ jitgawda minn kulħadd.  Ix-xogħlijiet li saru fil-grawnd jinkludu t-tħammil u l-irdim, kostruzzjoni ta’ konkos ġdid għall-art, waterproofing, manifattura tal-gradi tal-ħadid, alterazzjoni għall-ħitan tal-ġebel, alterazzjoni fir-rampi għall-aċċessibilita’, fost xogħlijiet oħrajn.

Intant is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, qal kif il-Gvern qed jiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda. Żied jgħid li kull klabb għandu jinsisti li jkfollu l-aqwa faċilitajiet possibbli, imma li għandu jieħu ħsieb lil dawk li diġa’ għandu, sabiex jiġu wżati bl-aħjar mod possibbli Intant intqal kif ix-xogħlijiet saru wkoll f’bini taħt il-grawnd frjn fosthom jinkludu toilets, kmamar tal-banju, u kmamar għar-referees, b’dawn il-kmamar jiġu taħt il-grawnd. Apparti minn hekk dan il-grawnd se jkun qed ikollu wkoll ristorant u kċina li jagħtu fuq il-parti li mhix taħt il-grawnd.

Jilqghu lil Ministru Borg u Segretarju Parlamentari Grima kien hemm ic-Cermen ta` SportMalta Luciano Busuttil u l-Kap Ezekuttiv Mark Cutajar.  Busuttil qal li huwa dmir ghal-SportMalta li jipprovdi facilitajiet ta` livell fil-lokalita.  Huwa semma li dan huwa it-tieni grawnd ta` din ix-xorta li SportMalta ser ikun qed jawgura f’inqas minn erbgha xhur.  Mark Cutajar spjega li id-Dipartiment ta` progetti ghandu lista twila ta` progetti li jridu jigu konkluzi fi zmien li gel.  Semma li barra dan l-istadium li ser jigi miftuh ix-xahar li gej, tkompa il-progett tal-pixxina indoor fil-Kottonera, Binja ghal Ginnastika fil-Marsa, kif ukoll tkomplew il-facilitajiet f’Maria Assunta,  Dan grazzi ghad-determinazzjoni tal-haddiema ta` l-entita.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”