Open/Close Menu SportMalta is the Government of Malta’s entity for the development and promotion of Sport in Malta.

SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Profili tas-Semi Finalisti

 

Nota Importanti: Dawn il-profili huma biss indikazzjoni ta’ riżultati u mhux neċessarjament jirriflettu r-riżultati kollha miksuba mill-atleti u uffiċjali matul is-sena 2018.

SPORTIV TAS-SENA 

AQUILINA Charles – Table Football

Rebaħ it-Tazza tad-Dinja fil-kategorija tal-Veterani. Rebaħ bosta tournaments internazzjonali oħra.

BEZZINA Isaac – Judo

Rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-logħob tal-Commonwealth fil-kategorija 90 kilogramma.

CARUANA SCICLUNA Justin – Ten Pin Bowling

Rebbieħ ta’ tliet midalji fil-loghob tal-Mediterran.

CASTALDI Clayton – Chinese 8 Ball

Ikkompeta għall-ewwel darba fil-kompetizzjoni Chinese 8 ball fir-Renju Unit u spiċċa fit-tielet post.

FARRUGIA Juan – Indoor Rowing

Rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-500 metru fil-British Open Indoor Rowing Championship ghat-tielet sena konsekuttiva.

FARRUGIA Stefan – Raffa

Rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Loghob tal-Mediterran.

GALEA Brian – Sparar Trap

Rebbieħ tal-midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.

GATT Rodney – Tiġrijiet tażŻwiemel

Rebaħ tiġrija fil-kampjonati Ewropej u spiċċa fis-sitt post overall fl-istess kampjonat biex b’hekk ikwalifika għall-kampjonati tad-dinja għalġerejja professjonali.   

MILLS Christ – Pool

Rebbieħ tal-Kampjonat tad-dinja kemm fl-individwali kif ukoll fit-timijiet fil-kategorija over 50’s.  Rebaħ ukoll il-Masters tournament li saru fl-Ingilterra.

SCHULTEIS Richard – Ibburdjar

Rebaħ f’ħafna tiġrijiet optimist li ħa sehem fihom fosthom fl-Italja, l-Ġermanja u n-Norveġja.

SPORTIVA TAS-SENA 

BEZZINA Eleanor – Target Shooting

Spiċċat fir-raba’ post fit-10m u fit-25m Air Pistol fil-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast u spiċċat fis-7 post fil-Logħob tal-Mediterran 2018.

CIANTAR Claire – Boxing

Bi status ta’ ‘professional’ ikkompetiet f’diversi bouts f’Malta u anke barra minn Malta matul is-sena b’rekord pożittiv ta’ rebħ.

FARRUGIA Joelle – Karate

Rebħet il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Karte fil-Kumite bħala team u bronż fil-kategorija individwali.

GENOVESE Sacha – Table Tennis

Wara esperjenza fl-Ingilterra u l-Polonja issa qed tilgħab fi Spanja.

PACE Hannah – Triathlon

Spiċċat fi tieni post fil-Kampjonati Ewropei tat-Triathlon fl-2018 kif ukoll ikklassifikat fit-tielet post fl-Ironman fl-2018 f’Copenhagen id-Danimarka.

SCHEMBRI Diane – Kickboxing

Ikkompetiet f’diversi bouts lokalment u internazzjonalment b’rekord pożittiv ta’ rebħ. Rebħet l-unur tal-MKBA ‘Female Fighter of the year’.

SULTANA Colette – Squash

Semi-finalista fis-South Australian Open fost diversi tournaments prestiġjużi li ħadet sehem fihom.


WINGFIELD Charlotte – At
letika

Rebħet il-midalja tal-Bronż fil-200 metru, fil-kampjonati tal-atletika tal-Pajjizi Żgħar tal-Ewropa.

XUEREB SARA – Ten Pin Bowling

Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018. 

ZAMMIT STEVENS YAZMIN – Weightlifting

Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran. Fl-Eleiko International kif ukoll IWF Mihailovic Tournaments rebħet il-midalji tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwelah spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post. Kisret aktar rekords Nazzjonali.

UFFIĊJAL TAS-SENA

AQUILINA Stephen – Malta Shooting Sport Federation

Kien strumentali fl-organizzazzjoni tat-tappa tal-2018 tat-Tazza tad-Dinja tal-Isparar fejn mexxa l-kumitat organizzattiv.

BUGEJA Frans – Malta Billiards & Snooker Association  

Ħadem sabiex sa fl-aħħar l-Assoċjazzjoni jkollha l-premises tagħha fejn għall-ewwel darba il-logħob tal-kampjonati tal-isnooker beda jsir f’din l-akkademja ġdida.

CALLEJA Anna – Special Olympics

Ikkordinat u kienet strumentali sabiex jiġi preparat b’mod professjonali l-akbar kontinġent ta’ atleti minn Special Olympics Malta li f’Marzu liġej se jieħdu sehem fil-World Games f’Abu Dhabi.

CARUANA CURRAN Joe – Aquatic Sports Assocition

Ħadem għal aktar opportunitajiet internazzjonali għat-teams Nazzjonali tal-waterpolo kif ukoll l-għawm. Elett bħala teżorier fil-COMEN Bureau.

DEGIORGIO Vincent – Malta Pool Association

Għas-seba’ darba mill-2002 organizza l-Kampjonat Ewropew f’Malta tal-Pool bil-parteċipazzjoni ta’ 550 player.


ENGLAND William – Malta Motorsport Federation

Strumentali sabiex il-MMF applikat għall-fondi mill-FIA u wieħed mill-iktar Marshals kwalifikati f’Malta b’diversi esperejnzi f’attivitajiet tal-FIA barra minn xtutna.

PARIS Stephen – Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor

President ta’ din l-Assoċjazzjoni li reġa’ daħħal il-kategorija tal-qdif tan-Nisa fir-Regatta tradizzjonali. Żied il-parteċipazzjoni ta’ atleti maltin barra minn Malta fl-Indoor Rowing.

SPITERI Chris – Badminton Malta

Waqqaf l-akkademja ta’ dan l-Isport ma’ Sportmalta. Elett fil-European Small States Badminton Games Committee.


VASSALLO Bernard – Malta Basketball Association

Referee internazzjonali mill-1996. Fl-2018 ikkontrolla total ta’ 43 logħba fil-kamp Ewropew. Fl-2018 sar ukoll l-ewwel Malti li akkwista ċ-ċertifikazzjoni bħala FIBA Referee Instructor.


ZAMMIT John – Malta Cycling Federation

Mexxa t-tim organizzattiv tal-24 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta.

 

COACH TAS-SENA 

BUGEJA Frans – Sparar

Kowċ personali ta’ Brian Galea għal diversi snin fejn fl-2018 it-tiratur tiegħu kiseb il-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth fit-Trap.


CARUANA Jesmond – Weightlifting

President tal- MWA u kowċ personali ta’ Yazmin Zammit Stevens sa mill-2015 fejn irnexxielu jwassalha għall-kwalifikazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth tal –Mediterran kif ukoll tikwalifika għall-kampjonati mondjali. Prepara atleta għall-olimpjadi taż-żgħażagħ. Huwa mexxa bosta aktar atleti fejn tul is-sena ntreħu 4 deheb u 4 fidda.


FLERI SOLER Jean Paul – 
Ibburdjar

Kowċ ta’ Richard Shulties fost atleti oħra u wassal diversi baħħara żgħażagħ fosthom lil Shultheis għall-unuri fix-xena internazzjonali.


GIORDMAINA Jesmond – Lotta

Ipprepara u mexxa lit-team Nazzjonali għall-kwalifikazzjoni u parteċipazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran u l-Junior European Championships 2018.


IZZO Karl – Waterpolo

Mexxa lit-team Nazzjonali tal-kbar għat-tieni sena konsekuttiva għall-kwalifikazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo tal-LEN 2018.


MERCIECA Noel – Kickboxing

Strumentali sabiex fis-sena 2018 twaqqfet il-Malta Kickboxing Association. Kowċ ta’ diversi atleti tal-Kickboxing fosthom Keith Azzopardi, Diane Schembri u Christopher Rotin li kollha ġġieldu f’events kbar madwar id-Dinja.


MUSCAT Winston – 
Football

Mexxa lit-team għat-tielet post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-UEFA U19 b’rebħa fuq il-Litwanja, draw mal-Belġju u telfa ta’ 1-0 kontra Franza.


NEIL Damian – 
Rugby

Mexxa lit-team Nazzjonali għall-ogħla ranking fl-IRB meta it-team laħaq is-36 post fir-rankings  minn 102 pajjiż. Għat-tieni sena konsekuttiva t-team rebaħ il-Grupp Conference South 1 u ilu ma jitlef logħba home tliet snin.


PACCARIE Andrea – Basketball

Mexxa lit-team Nazzjonali għar-rebħ tal-Midalja tad-deheb fid-Diviżjoni rispettiva fil-FIBA European Championships for Small States.


VOGELESANG Richard – Ten Pin Bowling

Mexxa lit-team Malti għal suċċess fit-Ten Pin Bowling Mediterranean Championships fejn it-Ten Pin bowlers Maltin b’kollox rebħu midalja tad-deheb, tnejn tal-fidda u waħda bronż.

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA  

BALZAN Jurgen – Table Football

Rebaħ il-Major ta’ Milan fl-Italja U19 u wasal sal-finali tal-Grand Prix tal-Belġju U19 fost kisbiet oħra.

ELAIDA Jacob – Atletika

Semi Finalisti fil-200m fil-Kampjonati Ewopej U18.

GALEA PIROTTA Matthew – Ċikliżmu

Ħa sehem fl-Irish International Youth Tour U14 fejn spiċċa fil-15 -il post minn fost 61 parteċipant. Fuq bażi lokali rebaħ żewġ kampjonati fejn rebaħ it-tiġrijiet kollha tal-kategorija taħt l-14 -il sena.

GATT Cayvon – Qdief Regatta

Ta’ 14-il sena rebaħ it-tiġrija fil-frejgatini u daħal fit-tieni post fil-kajjik fir-Regatta ta’ taħt it-18-il sena. Fir-Regatta ta’ Marzu fil-kategorija B daħal it-tieni f’Tal-Midalji kif ukoll bil-Kajjik.

GAUCI Nicky – Karting

Rebaħ il-kampjonat tal-kategorija 125 Rotax Max li sar fi Sqallija.

MAGRO Matthew – Ten Pin Bowling

Temm is-sena fit-8 post tar-rankings tal-kategorija irġiel Open. Għandu tliet rekords Nazzjonali fit-3, 6 u 8 game series.

MUSCAT Jake – Waterpolo

ASA player tas-sena U15. Lagħab f’kull skwadra ta’ Neptunes fil-kategorija U15, U17, U20 u mat-team tal-kbar fejn rebaħ ukoll il-kampjonattal-waterpolo tal-ASA.

SPITERI Rudi – Għawm

Irnexxielu jikkwalifika u jikkompeti fil-Youth Olympic Games ta’ Buenos Aries fl-Arġentina.

SULTANA Kijan – Squash

Għalaq is-sena fit-tieni post tar-rankings Ewropej tal-U15 u rebaħ l-Australian Junior Open 2018.

VASSALLO Saul – Ibburdjar

Midalja tal-Fidda fis-Silver Fleet fil-kampjonat tad-Dinja li sar f’Ċipru fost 78 baħri żagħżugħ.

 

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA 

ANTONELLI Thyis – Karate

Rebħet il-kategorija tagħha fl-Opens 2018 tal-Ġermanja, Belġju u tal-Polonja fil-Kumite.

BORG Ella – Ġinnastika

Rebħet midalja tad-deheb fil-Beam, fidda fil-Vault, u Bronż fil-Floor waqt il-Logħob tal-COJI 2018. Rebħet ukoll il-kampjonat Nazzjonali li saru f’Diċembru 2018.

COLLINS Shernise – Qdief Regatta

Ta’ 13-il sena qadfet għall-ewwel darba fit-tellieqa tal-Frejgatini f’Settembru 2018.

CURMI Francesca – Tennis

Rebħet kontra diversi tennisti li huma fit-top 100 fil-kategorija Juniors Nisa u kkwalifikat għall-Wimbledon Juniors u l-Australian Open Juniors.

CUTAJAR Anthea – Table Tennis

Lagħbet fi Spanja  ma’ Club Falcons Sabadell. Rebħet tliet midalji tal-Bronż fil-Logħob tal-COJI 2018.

ELLUL Michaela – Badminton

Rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-Badminton U19 u runner up fil-kategorija Women’s Singles.

FALZON YOUNG Francesca – Għawm

Kwalifikat għall-Youth Olympic Games 2018 u kisret ir-rekord Nazzjonali fil-50m backstroke. Waqqfet rekords Nazzjonali fix-Short Course fil-100m Fly, 200m Free, 100m Free u 50 Free.

MANGION VASSALLO Shelby – Weightlifting

Ikkompetiet fil-Youth Olympic Games, fil-Youth European Championships u fil-European Union Cup. Fil-Youth Olympic Games kisbet l-10 post u l-31 post fir-Ranking mondjali.

SCICLUNA Carla – Atletika

Ikkompetiet fil-European Youth Athletics Championships.

XUEREB Sara – Ten Pin Bowling

Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.

TEAM TAS-SENA 

Team Nazzjonali U23 Pool

Għat-tielet darba rebħu l-Kampjonat ewropej ta’ taħt it-23 sena li saru f’pajjiżna.

 Team Nazzjonali Mixed Weightlifting

It-tim Malti spiċċa fit-tieni post tal-kampjonati Ewropej tal-ESNT ta-pajjiżi ż-żgħar li saru fl-Islanda. Għall-ewwel darba fl-storja ta’ din id-dixxiplina rebaħ kontra l-qawwa ta’ Ċipru.

Team Nazzjonali Irġiel U19 Football

It-tim Malti kiseb total ta’ 4 punti fil-Grupp ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonati U19 tal-UEFA bi draw mal-Belġju, rebħa kontra l-Litwanja u telfa minima ta’ 1-0 kontra Franza.

 Team Nazzjonai Mixed Ten Pin Bowling

Rebbieha ta’ midalji tal-fidda fil-kampjonati tal-Mediterran.

Team Nazzjonali Irġiel Basketball

Rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żghar.

Eightball Doubles Clint Azzopardi u Lydan Debono

Rebbieħa tal-Blackball Doubles tal-irġiel fil-kampjonati tad-dinja tal-Eightball.

 Team Nazzjonali Irġiel Rugby

Is-sena 2018 fissret l-ogħla post fir-rankings tad-dinja tal-IRB.  Għat-tielet sena konsekuttiva t-teamm Malti baqa’ mhux megħlub f’pajjiżna u rebaħ il-Grupp Conference South 1.

Bormla Regatta Club

Rebħu t-tigrijiet kollha kemm fil-Kategorija Open kif ukoll fil-kategorija B għal rekord assolut fir-Regatta.  B’kollox rebħu rekord ta’ 11 il-tigrija minn 11 fejn kien hemm ukoll tellieqa tal-Frejgatini tan-nisa fejn Bormla daħlu l-ewwel mal-Kalkara.

 Team Nazzjonali Irġiel Waterpolo 

Għat-tieni darba fl-istorja tal-waterpolo lokali t-team Malti kkwalifika għal Kampjonati Ewropej tal-LEN.

Team Nazzjonali Lawn Bowls

Rebbieħa tal-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”