Eluf ta’ nies ħonqu t-toroq Maltin li minnhom għaddew l-erbgħa rotot prinċipali li fformaw parti mill-għaxar edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run, b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Ir-rotta tal-ġiri telqet mir-Rabat, filwaqt ir-rotot tal-mixi telqu minn Raħal Ġdid, minn Santa Venera, u mill-Universita’ ta’ Malta. Kien propju minn din ir-rotta li telqet l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, flimkien mad-Deputat Prim Ministru, l-Onor Chris Fearne, u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia u is-Segretarju Parlamanetari ghal l-Isport Clifton Grima fost ohrajn.

Ir-rotot kollha tnexxew minn haddiema ta’ SportMalti ikkordinati mill-kap ezekuttiv Mark Cutajar li bhal kull sena jaghmlu din l-attvita b’mod volontarju ghax jemmnu li l-isport jista jghaqqad poplu u jaghti l-kontribut tieghu lejn kawza gusta.  It-tlett rotot tal-mixi inghaqdu f’Bieb il-bombi bioex imbaghad kullhadd dahal wara l-eccelenza taghha lejn Triq Sant’Anna il-Floriana, Triq ir-Rebubblika il-Belt Valletta u Pjazza San Gorg fejn intemmet din il-mixja ta` solidarjeta.

Waqt li indirizzat lil folla numeruża fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, il-President irringrazzjat lill-Maltin u l-Għawdxin, “talli, bil-preżenza u bil-parteċipazzjoni tagħkom, urejtu l-akbar valur li ħallewlna ommijietna u missirjietna – il-valur tas-solidarjeta’, tal-ġenerożita’, tar-rispett u ta’ l-imħabba, il-valur li jgħaqqadna flimkien għax naħsbu f’xulxin.” Il-President qalet li hija kburija bil-Maltin u l-Għawdxin kollha għax bis-saħħa tal-valur tas-solidarjeta’, il-Poplu Malti u Għawdxi sar poplu distint fid-dinja.

Il-President irringrazzjat lill kull min kien involut fit-tħejjija ta’ din l-attivita’, lill-forzi tas-sigurta’, lill-voluntiera tal-Malta Community Chest Fund Foundation, u lill-kumitat organizzattiv, mmexxi mis-Sur Mark Cutajar.   Minn naha tieghu Cutajar li din ic-celebrazzjoni taghti sodisfazzjon kbir ghax barra li kullhadd qed jaghmel l-attivita fizika, kullhadd qed jaghti parti mill-gurnata tieghu biex jaghmel il-volontarjat realta.  Huwa irringrazzja fost ohrajn lil haddiema ta` SportMalta li dejjem  jidhlu ghal din l-attivita b’entuzjazmu kbir.

Din kienet attivita’ oħra bi preparazzjoni għall-Istrina 2018, li bħal dejjem issir l-għada tal-Milied. Il-President Coleiro Preca filwaqt li tenniet li l-ispiża tal-Fondazjoni fuq il-kimoterapija speċjalizzata qed tlaħħaq it-800,000 ewro fix-xahar, appellat lill-Maltin u l-Għawdxin, biex permezz ta’ l-Istrina, jerġgħu jikkonfermaw kemm huma tassew poplu distint, li jħaddan bis-sħiħ il-valur tas-solidarjeta’ – “solidarjeta’ li nuru ma’ ħutna fil-bżonn.”

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”