Il-Gimgha Ewropeja ta’ l-isport giet fi tmiema bil-kbir fi tmiem il-gimgha bil-BeActive Nigjht fil-kumpless Sportiv ta’ Hal Kirkop.  Din il-gimgha Ewropea giet organizzata f’pajjizna minn SportMalta b’fondi ta` l-Unjoni Ewropea.  Gimgha li rat lil pajjizi kollha fl-Unjoni u stati mill-balkani jqajjmu kuxjenza biex iktar nies jaghmlu Sport u attivita fizika.

L-attivita ta` Sibt kellha attendenza numeruza hafna u bdiet fi sitta u baqqet sejra sa nofs il-lejl.  Kien hemm esebizzjonijiet u kompetizzjonijiet ta’ Duathon  b’iktar minn 50 tifel u tifla jiehu sehem, cross fit li gabar mijiet ta partecipanti, line dancing b’registrazzjoni li qabzet il-150 ruh, netball , diversi sessjonijiet ta’ fitness, zfin , tournament ta` 3 kontra 3 baskitbol, esebizzjoniji tal-BMX, table tennis u anke ta’ uhud mill-karozzi li ser jiehdu sehem fil-Malta Classic 2018 li ser ssir f’nofs ottubru li gej.

Fi tmiem l-attivita il-partecipanti kollha inghaqdu f’fitness partyu li baqa sejjer sa nofs illlejla biex il-pajjizi kollha ta’ l-Ewropa jghalqu il-gimgha Ewropea ta’ l-isport fl-istess hin.

Din l-attvita gabet fi tmiemha iktar minn 53 avveniment u partecipazzjoni ta’ iktar minn 25 elf ruh f’Malta u ghawdex.  SportMalta tinsab ferm ku ntenta b’dawn ic-cifri u tinsab kommessa biex iktar nies jigu imhegga biex jiehdu sehem fl-isport li huwa garanzija ta’ hajja ahjar.

 

CategoryNews, SportMalta News

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”