Bhala parti mill-European Week of Sports 2018, li qed tigi organizzata taht l-awspici ta’ SportMalta, il-Malta Employees Sports Association (MESA) se torganizza Tournament tal-Football Irgiel Over 35 nhar it-Tnejn, 24 ta’ Settembru 2018 fil-Gharghur Football Ground. Sitt teams se jiehdu sehem f’dan it-Tournament u dawn huma (f’ordni alfabetika) AFM, Malta Freeport, Malta Police, Mater Dei Hospital, Transport Malta u Universita’.
 
It-Tournament se jintlaghab fuq bazi ta’ 5-a-side u s-sitt teams se jkunu maqsuma f’zewg sezzjonijiet ta’ tliet teams kull sezzjoni. Kull loghba se tkun ta’ 20 minuta maqsuma f’zewg perjodi ta’ 10 minuti.
 
Huwa mportanti li t-teams kollha jkunu prezenti fil-ground fis-1.00 pm sabiex fis-1.15 pm jigu mtella’ l-poloz u fis-1.30 pm jibda l-loghob. Dan se jkun imqassam hekk:
 
1.30 pm     Game 1 – Section A
                  Game 1 – Section B
 
2.00 pm     Game 2 – Section A
                  Game 2 – Section B
 
2.30 pm     Game 3 – Section A
                  Game 3 – Section B
 
3.00 pm     Game for 5th & 6th Place
 
3.30 pm     Semi-Final   1st A vs 2nd B
                  Semi-Final   1st B vs 2nd A
 
4.00 pm     Game for 3rd & 4th Place
                  Final for 1st & 2nd Place
 
Fi tmiem it-Tournament se jitqassmu mementos tal-European Week of Sports lill-partecipanti kollha.
CategoryNews, Sport Updates

“Moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta.”