Wieħed mill-proġetti li SportMalta investit biex tieħu sehem fih huwa il-Move Transfer Project. Dan huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea (Erasmus+ Sport Programme, SmallCollaborativePartnerships) u l-għan tiegħu huwa li nippromovu l-attivita fiżika filwaqt li ntejbu is-servizz li qed jingħata mill-għaqdiet sportivi madwar l-Ewropa. Il-Ħsieb ewlieni huwa li l-għaqdiet jinvestu f’servizz multi-dixxiplinarju ħalli l-individwu jiġi moqdi ħolistikament ; kemm mill-att tekniku, psikoloġiku, soċjali u edukattiv.
Il-proġett beda f’Jannar 2017 u ntemm f’Ġunju 2018. L-għaqdiet jew entitajiet li jippromovu l-attivita fiżika, kienu mistiedna japplikaw. L-għaqdiet riedu:
- Jaraw li coaches/instructorsikunu kkwalifikati u professjonali.
- Jagħmlu attivitajiet regolari li ser jibbenifika minnhom kulħadd (kemm dawk li huma tajbin fl-isport kif ukoll dawk li m’humiex).
- Jħaddnu s-sistema tal-inklużjoni soċjali biex b’hekk ħadd ma jiġi eskluż.
- jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-individwu minn kull aspett.
- Jippromovu healthylifestyle mhux biss bħala eżerċizzju fiżiku (fl-isport li jipprattikaw) imma wkoll bħala nutrizzjoni, kura u żvillup personali fost oħrajn.
Kull klabb li applika u pparteċipa fil-proġett,ried jinvesti kemm fl-edukazzjoni tal-istaff tekniku u amministrattiv kif ukoll jaħdem ma’ nies professjonali oħra, minn oqsma differenti. Dan l-impenn għen biex il-parteċipanti fl-għaqdiet, jieħdu servizz professjonali. B’dan il-mod l-iżvillup tal-klabb/entita` jkun qed jinbena fuq pedament sod b’viżjoni konkreta u ta’ kwalita’.
L-assessjar biex jingħata l-award sar minn organizzazzjonijiet barranin bħal ISCA (International Sport andCulureAssociation) u Sport Union of Slovenia flimkien ma’ SportMalta, li kienet strumentali biex dan il-proġett isir. Is-sebgħa klabbs li ġew ppremjatibil-Healthy Club Quality Mark huma:
- Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians
- Birżebbuġa Sailing Club
- Birkirkara St Joseph Sports Club
- Dar Kenn għal Saħħtek
- Għajnsielem Redcoats
- Marsaxlokk FCYN
- Sirens ASC
Dawn il-klabbs wrew inizzjattiva u daħlu għall-impenn li jsegwu l-prinċipji tal-proġett. Ta’ min jgħid li meta ġew ir-rappreżentanti minn barra biex jaraw fiżikament xi jsir f’dawn il-klabbs, kollha kellhom kliem ta’ tifħir u osservaw li dawn il-klabbs qed iħallu impatt pożittiv fil-komunitatjiet tal-madwar b’mod differenti.
Proġett bħal dan għen biex filwaqt li nirrikonoxxu x’inhu jsir fl-għaqdiet jew entitajiet differenti, naħdmu flimkien biex naraw kif nistgħu ntejbu s-servizz għal ġid nazzjonali. Iktar minn hekk, dan il-proġettserva biex naqsmu l-esperjenzi tagħna ma pajjiżi oħra Ewropej, nitgħallmu minn xulxin u fuq kollox naħdmu biex ngħollu l-livell tas-servizzi li qed noffru bħala għaqdiet sportivi.