SportMalta Awards 2012 – Esebizzjoni ta’ fotografija Sportiva u tqassim ta’ ċertifikati lill-Isportivi Nazzjonali.

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport aktar kmieni llum nieda esebizzjoni ta’ fotografija sportiva li qed titella’ b’rabta mal-iSportMalta Awards fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Fl-istess attività l-Onor Puli taċ-ċertifikati lill-finalists tal-Edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli sostna li dawn l-attivatijiet flimkien mal-iSportMalta Awards jgħinu fil-missjoni tal-Gvern li tkompli tixxettel il-kultura sportiva filwaqt li fakkar lill-finalisti li huma r-role models tat-tfal u ż-żgħażagħ fis-soċjetà

F’din l-attività li ttellet mil-kumitat organizzattiv tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali flimkien mal-Malta Institute for Professional Photography (MIPP) hemm esebiti 40 ritratt sportivi ta’diversi dixxiplini fosthom futbal, rugby, għawm u volleyball, minn 13-il-fotografu.

Dawn il-fotografi li qed jesebixxu r-ritratti tagħhom huma Martin Agius, Trevor Sollars, Domenic Aquilina, Darrin Zammit Lupi, James Galea, Suzanne Muscat, Therese Debono, James Galea, Alan Falzon, Mike Gatt, Anthony Cilia, Ray Muscat u Kevin Casha.

Waqt din l-attività l-Onor Puli qassam iċ-ċertifikati lill-28 finalist ta’ SportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali.

SportMalta Awards se jixxandru live fuq PBS nhar is-Sibt 21 ta’Jannar 2012.

 

Photos – DOI – Jeremy Wonnacott

JER_6848.jpg JER_6856.jpg
   
 JER_6859.jpg  JER_6863.jpg
   
JER_6867.jpg JER_6870.jpg
   
JER_6877.jpg JER_6885.jpg
   
JER_6888.jpg JER_6895.jpg
   
JER_6897.jpg JER_6899.jpg
   
JER_6906.jpg JER_6908.jpg
   
JER_6923.jpg JER_6928.jpg
   
JER_6934.jpg JER_6940.jpg
   
JER_6942.jpg JER_6947.jpg
   
JER_6950.jpg JER_6974.jpg
   
JER_6960.jpg JER_6964.jpg
   
 JER_6969.jpg  JER_6972.jpg