SKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT ... BIEX ULIEDNA JIRNEXXU FL-ISPORT UKOLL 

Mis-sena skolastika li jmiss, studenti promettenti li jridu jirnexxu u jagħmlu karriera fl-isports se jkunu jistgħu jitħarrġu fi skola sekondarja speċjalizzata li se tkun ċentru ta’ eċċellenza għall-attivita’ sportiva. Din l-iskola se tkun qed tiftaħ opportunità oħra fejn iz-zgħazagħ tagħna jistgħu jsegwu l-ambizzjonijiet tagħhom u jirnexxu. Dan qalu l-Onor Clyde Puli meta dalgħodu ta d-dettalji dwar l-iSkola Nazzjonali tal-iSport li giet imħabbra fil-baġit għas-sena 2012.

L-Onor Puli qal li din l-iskola se tkun qed tħarreġ lill-studenti atleti promettenti fl-izvilupp sportiv tagħhom filwaqt li toffrilhom edukazzjoni akkademika ta’ kwalità għolja li tippermetti lill-istudenti jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom. B’dan il-mod l-istudenti jibqalhom l-opportunità li jsegwu karrieri differenti jekk huma jkunu jixtiequ. Fl-iskola tal-isport l-istudenti se jibqa’ jkollhom il-lezzjonijiet obbligatorji fil-kurrikulu bħat-tfal l-oħra izda mal-Matematika, Ingliz, Malti u suġġetti akkademici oħra se jkollhom ħin dedikat speeifikament għall-isport. Il-ħinijiet tal-lezzjonijiet se jkunu flessibbli bizzejjed biex jakkomodaw l-impenji ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali u t-taħriġ sportiv li se jkun qed isir ukoll waqt il-ħin tal-iskola.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-iskola filwaqt li se jkollha l-amministrazzjoni u l-identità tagħha se tkun qed topera mill-Kulleġġ San Benedittu biswit il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop biex taqsam ir-rizorsi sportivi u edukattivi eccellenti diġà ezistenti. B’hekk l-iskola Nazzjonali tal-iSport ikollha aċċess għal-laboratorji tal-ICT, librerija u tagħmir ieħor standard li jinstab fi skejjel mainstream oħra.

Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-iskola se tkun qed titwaqqaf wara li ħatar esperti biex janalizzaw l-aqwa prattiċi ta’ skejjel simili f'pajjizi barranin bħall-Italja, Franza, l-Ġermanja, l-Awstralja u l-Kanada fost l-oħrajn. L-istudenti li se jkunu eliġibbli jistudjaw u jitħarrġu f’din l-iskola sekondarja huma subien u bniet ta’ bejn il-11 u l-15-il sena li jeċċellaw f’dixxiplini sportivi differenti. L-istudenti tal-iskola se jkunu magħzula mill-bord tal-iskola li se jkun qed janalizza l-kredenzjali u l-potenzjal sportiv tagħhom flimkien mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi nfushom.

Clyde Puli fakkar li din hija ħolqa minn katina ta’ inizjattivi mill-Gvern sabiex iħarreġ atleti Nazzjonali li jkomplu jagħmluna kburin li aħna Maltin. L-iskola Nazzjonali tal-isport se tkun qed tizviluppa t-talent sportiv sa minn età bikrija u se tkun qed tinagħqad ma’ numru ta’ inizjattivi oħra, ħafna minnhom imnedija f’din il-legizlatura, li jkomplu jassistu lill-atleti elite waqt l-izvilupp tal-karriera tagħhom. Fost dawn l-iskemi u inizjattivi nsibu: il-Unit Sportiva ġdida mwaqqfa mill-Forzi Armati ta’ Malta, 20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema tas-Settur Pubbliku, 20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema fis-Settur Privat, Sports Competition Leave għal ħaddiema tas-Settur Pubbliku, KMS Youth Development Scheme, Assistenza lil Kumitat Olimpiku Malti u lill-għaqdiet sportivi kif ukoll scholarships ta’ speċjalizzazzjoni fl-isport.

skola4.jpg

skola5.jpg

skola7.jpg

skola6.jpg

skola8.jpg