KMS SkolaSport Qormi

Skolasport hija marghufa ghall-attivitajiet sportivi li torganizza matul is-sena u din is-sena regghet kabbret in-numru ta’ centri li topera fihom.

Ic-centru ta Hal Qormi jilqa’ madwar mija u ghoxrin tifel u tifla u kif ukoll adulti li jippartecipaw bis-shih f’attivitajiet fizici.

Ic-centru li qed jintuza jinsab fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kullegg Sant’Injazju gewwa l-Handaq. Fih nistghu nsibu facilitajiet ta’ grawnd sintetiku, track tal-atletika u kif ukoll courts tal-baskitbol u volibol. It-tfal li jattendu jibdew minn eta’ tenera ta’ erba’ snin, fejn dawn jaghmlu diversi attivitajiet li jizviluppaw il-hiliet bazici kollha necessarji bzonnjuzi ghall-tipi ta’ sport differenti fil-futur fosthom: bilanc, koordinazzjoni, ‘space awareness’ u agilita`.

Tfal bejn is-7 u l-10 snin li jiehdu sehem fil-‘Participation Programme’ jipprattikaw diversi dixxiplini sportivi matul is-sena. Sa mill-eta` ta’ 9 snin naghtu l-opportunita` lit-tfal li jispecjalizzaw fi sport tax-xewqa taghhom. Fic-centru tal-Handaq noffru specjalizzazzjoni fuq il-baskitbol, il-‘hip-hop’ (zfin modern) u l-futbol.

Kif wiehed jista’ jinnota ma tonqosx ukoll il-partecipazzjoni mill-adulti. L-ghan tal-grupp ta’ l-adulti hu li jipprattikaw diversi dixxiplini sportivi fejn l-ghan ewlieni taghhom hu li tiehu gost u li zzomm ruhek attiv fizikament.

Ta’ min wiehed jinforma lill-pubbliku li fl-10 ta’ Marzu ser tigi organizzata ‘Open Day’ bit-tema ‘Outdoor Activities’. Dakinhar ser tkun gurnata specjali fejn kullhadd jista’ jigi sessjoni doppja, kif ukoll jistieden hbieb u familjari sabiex nintroducuhom ghall-attivitajiet ta’ Skolasport.

Kulhadd jista’ jippartecipa f’dawn il-programmi u jekk int imhajjar tibda, tista’ tinzel kull nhar ta’ Sibt fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kullegg Sant’Injazju gewwa Hal Qormi bejn id-09:00 u l-10:15 jew bejn l-10:30 u 11:45 fejn tista’ tiltaqa’ mal-Head Coach Nigel Farrugia u t-tim professjonali ta’ coaches, li ha jkunu hemm lesti biex jghinuk taghzel l-attivita` fizika li tixtieq ghalik u ghal-uliedek.