IL-GVERN QED JAĦDEM BIEX IKOMPLI JTEJJEB IL-FACILITAJIET SPORTIVI KOLLHA F’PAJJIZNA

Il-klabbs tal-bocci llum jamministraw 35 propjetà pubblika li tlaħħaq il-valur ta’ aktar minn €3 miljun u l-Gvern qiegħed jassisti lil dawn il-klabbs biex izommu l-facilitajiet tagħhom fi stat tajjeb. Dan hu parti mill-programm tal-Gvern biex jgħolli l-livell tal-facilitajiet sportivi ta’ kull dixxiplina sportiva f’pajjizna.

Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaz-zgħazagħ u Sport meta dalgħodu zar il-pitch tal-bocci ta’ Hamrun Liberty S.C, wieħed mill-11 il-klabb tal-bocci li qed jibbenfikaw minn assistenza mill-Gvern. Din l-assistenza qed isseħħ permezz ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u permezz ta’ ħaddiema assenjati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig taħt il-Community Work Scheme.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-mira tal-Gvern hija li jsir xogħol ta’ titjib fil-35 pitch tal-bocci madwar Malta.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli sostna li fl-aħħar xhur il-Gvern assenja ħaddiema mill-Community Work Scheme kif ukoll ħareg flus mill-KMS biex qed isiru xogħolijiet ta’ titjib fuq 11-il pitch tal-bocci, li huma Bugibba Bocci Club; Floriana Bocci Club; Ħal Luqa Bocci Club; Ħal Qormi San Gorg; Ħal Qormi San Bastjan; Paola Shriber; Poala Tarxien Bocci Club; Valletta Marsamxetto; Valletta St Paul’s; u Zabbar Bocci Club. Hu zied li f’dawn il-11-il pitch qed isir xogħol ta’ kisi; tibjid u mmodernizzar ieħor.

Fix-xhur li gejjin se jkun qed isir xogħol ukoll fuq ħames pitches oħra li huma Birgu Bocci Club; B’Kara Bocci Club; Gzira Bocci Club; Pietà Bocci Club u San Pawl. Il-pjan finali huwa li jsir titjib fil-35 pitch kollha tal-bocci. Sadanittant li l-KMS qed jassisti li Federazzjoni Klabbs tal-Bocci biex tibni website gdida.

Prezenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-vici Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Bertie Muscat, kif ukoll il-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, Giovanni Fabri li faħħar l-impenn tal-Gvern favur dan l-isport.