AKTAR FACILITAJIET SPORTIVI: SALA SPORTIVA GDIDA TALBASKETBALL F’TA’ QALI.

L-MBA tgawdi minn investiment iehor ta’ €300,000 u minn art pubblika b’valur ta’ €450,000

Il-Gvern qieghed jghin lil-Malta Basketball Association twaqqaf sala gdida tal-basketball f’Ta Qali biex izid il-facilitajiet sportivi disponibbli ghal-basketball. Il-Gvern se jkun qed jghin billi jiffinanzja parti sostanzjali mill-progett u billi jghaddi aktar art pubblika lill-Assocjazzjoni tal-Basketball. Dan habbru l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport waqt li inaghtaw id-dettalji ta’ faċilità gdida li se takkomoda żewg training courts biswit il-padiljun f’Ta’ Qali.

Clyde Puli fakkar li ftit tal-granet ilu il-Gvern ghadda 16 il-bicca art pubblika ohra lil 13-il ghaqda sportiva biex issa il-komunita Sportiva Maltija qed tamministra xejn anqas minn 124 bicca art pubblika b’valur kummercjali ta’ €46 miljun. Il-Basketball ukoll qed igawdi minn din l-iskema u fil-fatt aktar art pubblika ghaddiet ghand il-Malta Basketball Association f’dawn il-granet biex issa l-istess MBA qed tamministra art pubblika li ghandha valur kummercjali ta; aktar minn €450,000.

Is-Segretarju Parlamentari qal li wara li fl-2009 il-Gvern alloka xi haddiema tieghu u anke €93,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti biex ikun jista’ jittranġa il-padiljun prezenti tal-basketball, il-Gvern qieghed issa jikkommetti ruhu li jassisti finanzjarjament lill-MBA biex twaqqaf sala sportiva ohra li takkomoda żewg training courts tal-basketball. Din il-facilita sportiva gdida, minghajr il-valur talart, hija stmata li se tiswa aktar minn €300, 000.

Clyde Puli qal li l-Gvern qieghed jaghmel dan l-investiment mhux biss biex tizdied ilprofessjonalità tal-logħba tal-basketball “iżda aktar minn hekk biex ninvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, li rridu narawhom dejjem aktar attivi u f’sahhithom fizikament, mentalment u fil-karattru”.

Is-Segretarju Parlamentari appella lill-Komunita Sportiva biex tamministra b’responsabbilta linvestiment qawwi li qed isir fl-iSport Malti. Huwa heggeg ghal uzu ahjar tar-rizorsi u ghal sforz akbar biex tinholoq ekonomija madwar l-isport. Huwa fakkar li l-iskema ta’ assistenza ghal turizmu sportiv hija incentiv iehor biex dan isehh.

Il-President tal-Malta Basketball Association, Paul Sultana, qal li l-MBA offriet li tinvesti finanzjarjament mal-Gvern filwaqt li tidhol ghall-amministrazzjoni ta’ din il-facilita gdida ghaliex temmen li hija wkoll ghandha r-responsabbiltà taghha biex tghin tixxettel kultura sportiva fost it-tfal u z-zghazagh taghna. Hu irringrazzjja u applawda l-inizzjattiva tas-Segretartjat li jghin lill-ghaqda sportiva tal-Basketball Malti.

Ghal din ic-ceremonja kien hemm prezenti ukoll ic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport Bernard Vassallo, diretturi tal-KMS u l-kumtitat tal-Malta Basketball Association.