Aktar minn 8 miljun ewro f’assistenza lill-għaqiet sportivi kommessi għal din is-sena.

Titqassam l-assistenza finanzjarja annwali lill-għaqdiet sportivi u jitħabbar il-pjan ta’ ħidma għall-isport għall-2012

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu qassam l-assistenza finanzjarja annwali lill-għaqdiet sportivi. Din l-assistenza tqassmet waqt business breakfast imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Isport fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fil-preżenza tal-għaqdiet sportivi Nazzjonali.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli sostna li filwaqt li s-sena li għaddiet l-għajnuna mogħtija lill-għaqdiet sportivi li kienet tammonta għal €5.5miljun, din is-sena l-Gvern qiegħed jikkommetti s-somma rekord ta’ €8 miljun. Huwa tenna li din l-għajnuna tingħata ta’ kull sena bil-għan li għaqdiet sportivi jkunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom matul is-sena filwaqt jgħinu lill-Gvern fil-missjoni tiegħu ta’ tixtil ta’ kultura sportiva.

Qabel din il-preżentazzjoni l-Onor Puli ippreżenta l-ħidma tal-Gvern għal matul l-2011 u l-pjan ta’ ħidma għall-2012.

Huwa tenna li s-sena 2011 kienet ikkaratterizzata minn għadd ta’ suċċessi sportivi mill-atleti tagħna kif wkoll bil-ħidma u inizjattivi tal-Gvern fil-qasam sportiv. Fejn matul l-2011 il-Gvern:

• Lesta l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun

• Lesta aktar grawnds tal-futbol bi sħab mall-MFA, mill-2008 se jkunu tlestew total ta’ 33 grawnd

• Għaddha aktar art pubblika lill-għaqdiet sportivi li biex issa għandna 111-il għaqda minn 124 biċċa art b’valur ta’ 46 miljun ewro

• Għaddha madwar €5.5 miljun f’assistenza lill-għaqdiet sportivi

• Nieda l-Linji Gwida għall-Protezzjoni tat-Tfal fil-Isport

• Waqqaf l-Aġenzija Nazzjonali ta’ kontra d-doping

• Saħħaħ l-iSport Promotion Unit (SPU) b’aktar għalliema, aktar kowċis u aktar programmi biex jintlaħqu aktar tfal fl-iskejjel

• SkolaSport qed niddeċnetralizzawha mill-Marsa u nferxuha f’ċentri ġodda bil-għan li l-programm ikun aktar aċċessibbli fil-komunita’. Din is-sena dan il-programm kellu l-aqwa partecipazzjoni fl-aħħar 10 snin.

• Il-programmi l-oħra tal-isport tal-KMS kellhom 9,000 parteċipant

• Waqqaf unit fl-Armata, ta’ Atleti li xogħolhom jitħarrġu u jikkompetu għal pajjiżna

• Nieda l-iskema 20/20 Sports Training Scheme għall-atleti li jaħdmu fis-settur privat billi qed inħalsuhom talli jnaqqsu mill-ħin tax-xogħol biex jitħarrġu.

• Estenda l-iskema tal-iSports Leave għall-ħaddiema tas-settur pubbliku ġiet estiża wkoll għall-avvenimenti internazzjonali li jkunu qed jiġu organizzati f’Malta.

Hu qal li għas-sena 2012 il-Gvern se jissokta bil-ħidma tagħna tant li:

• Qed nikkommettu tminn miljun ewro f’assistenza lill-g]aqdiet sportivi g]all-2012

• Qed isaħħaħ l-iskema biex jin`entiva l-ħolqien ta’ niċċa ta’ Turiżmu Sportiv, minn €100,000 fl-2009 għal allokazzjoni ta’ €400,000 fl-2012

• Se jiftaħ skola ġdida tal-isport, biex uliedna jirnexxu fl-isport ukoll

• Se jiftaħ tlett Outdoor Fitness Centres oħra f’Ħ’Attard, f’Ħal Qormi u l-Mellieħa

• Se jniedi boroż ta’ studju fil-qasam sportiv

• Se jalloka €350,000 biex tiġi żviluppata korsa għat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-karting, mini moto, quad bikes, motards, scooters, kif ukoll għal tuning ta’ vetturi li jipparteċipaw fil-hill climb.

• Se jibni żewġ basketball training courts oħra

• Se jibni aktar grawnds bit-turf sintetiku

• Se jibni pixxina f’Birżebbugia u oħra f’Għawdex

• Se jiedi kodiċi ta’ etika għall-sportivi

• Se jniedi coaching policy għall-konsultazzjoni

 

zz2.jpg

zz3.jpg

zz5.jpg

zz4.jpg

zz1.jpg

zz6.jpg