|  Login
Project Details
White Rocks Sport & Leisure Village
[ACTIONBUTTON]    [ACTIONBUTTON]      
 
White Rocks Sports & Leisure Village

WHITE ROCKS SPORTS & LEISURE VILLAGE

 

-

 

Il-Gvern ta’ Malta daħal f’negozjati ma’ investituri privati biex iwettqu rriġenerazzjoni
tas-sit tal-White Rocks bl-iżvilupp ta’ Villaġġ Sportiv. Dan il-proġett
ser ikun qed jintegra flimkien l-attività sportiva ma’ dik turistika, residenzjali u
kummerċjali b’mod li joħloq valur miżjud, għall-familji Maltin, għall-komunità
sportiva u għall-pajjiż kollu. Dan il-Villaġġ Sportiv ser ikun jinkludi;
• €200 miljun ta’ investiment barrani
• Ħolqien ta’ 800 impjieg ġdid
• Ħolqien ta’ niċċa ta’ Turiżmu Sportiv li tiġbed eluf ta’ turisti permezz ta’
attivitajiet sportivi fuq livell internazzjonali, training camps u konferenzi
relatati mal-isport
• Faċiliatjiet sportivi indoor u outdoor għall-użu tal-għaqdiet sportivi
nazzjonali
• Park għall-familja li jkun jinkludi faċilitajiet sportivi bħal outdoor gym,
adventure park, track għall-mixi u l-jogging kif ukoll cycling track
L-art tal-White Rocks li hija mifruxa fuq 221,000 metru kwadru ma hiex ser
tinbiegħ, imma parti minnha ser tingħata b’ċens lill-privat għal terminu ta’ żmien li
għad irid jiġi negozjat. Iżda, kif iddikjara fid-diskors li għamel ir-rappreżentant talinvestituri
meta tħabbar il-proġett, “there is one final and very important point,
and a point that is not subject to negotiation. From the date of their completion,
the sports facilities will be the property of the people and the Government of
Malta.”
Bħala kumpens għall-użu tal-art, il-Gvern se jkun qed jitlob il-bini tal-faċilitajiet
sportivi kollha u l-park tal-familja flimkien mal-manutenzjoni tagħhom tul is-snin.
B’hekk il-Gvern mhux ser joħroġ ċenteżmu għall-bini, it-tħaddim u l-manutenzjoni
tal-faċilitajiet sportivi u l-park. Li ma kienx għall-investiment privat, dan il-proġett
kien ikun possibbli biss bil-flus tat-taxxi tagħna. Għalhekk huwa xieraq li l-privat
jieħu lura sehmu minn;
• Kumpless ta’ multi-ownership li jinkludi lukanda ta 4-Stilel b’minimu ta’ 200
kamra u massimu ta’ 300 appartament residenzjali
• Faċilitajiet ta’ kummerċ u divertiment, li ħafna minnhom ser ikunu taħt l-art
• Faċilitajiet ta’ parking biex iservu l-attività kollha fil-villaġġ.
L-ISPORT FIL-PROĠETT
L-iżvilupp ser ikun jinkludi faċilitajiet sportivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ 40
dixxiplina sportiva għat-taħriġ u kompetizzjonijiet. Fost oħrajn ser ikun hemm:
• Outdoor sports: Stadium Nazzjonali tar-Rugby, li jista’ jospità dixxiplini
oħra,grounds għat-taħriġ ta’ diversi dixxiplini sportivi, kumpless tat-
Tennis,faċiliatjiet ta’ beach sports, fosthom handball, football u volleyball,
BMX track u faċilitajiet ta’ skating
• Indoor sports: Sala sportiva b’kapaċità li tospita t-taħriġ ta’ 15-il dixxiplina
sportiva fl-istess ħin. Is-sala tista’ tospita t-taħriġ u kompetizzjonijiet ta’
judo u arti marzjali oħra, squash, fencing, badminton, table tennis,
snooker, billiards, darts, basketball, pool, table football, handball u futsal,
fost oħrajn
• ċentru ta’ Xjenza Sportiva li jgħin fl-iżvilupp ta’ l-atleti u l-monitoraġġ
tagħhom kif ukoll fir-rijabilitazzjoni tal-atleti li jkunu qed isofru minn xi injury
• House of Sports li tilqa’ il-ħtiġijiet amministrattivi tal-għaqdiet sportivi
nazzjonali li jinkludu, uffiċini, meeting rooms u sala tal-konferenzi
GĦANIJIET SPORTIVI LI SER JINTLAĦQU BIL-PROĠETT
Permezz tal-White Rocks Sports & Leisure Village, il-Gvern ser ikun qed jilħaq
dawn l-għanijiet:
• promozzjoni ta’ kultura sportiva permezz ta’ aċċess għal attivitajiet sportivi
u programmi sportivi għas-setturi kollha tas-soċjetà irrispettivament missess,
età jew abilità
• promozzjoni ta’ ħajja b’saħħitha f’ambjent sportivi fil-park għall-familja
permezz ta’ outdoor gym, adventure park, track għall-mixi u l-jogging kif
ukoll cycling track
• provediment ta’ faċilitajiet sportivi li jilqgħu għad-domanda dejjem tikber
tal-għaqdiet sportivi nazzjonali. Dawn il-faċiliatjiet ser ikunu qed jgħaddu
għand l-għaqdiet sportivi bi prezz issussidjat ħafna u li jiflaħ jinġarr millgħaqdiet
• ħolqien ta’ villaġġ sportiv b’faċiliatjiet sportivi ta’ livell internazzjonali biex
jitkattar il-potenzjal ta’ turiżmu sportiv billi jkunu ospitati attivitajiet sportivi
fuq livell internazzjonali, training camps kif ukoll konferenzi relatati malisport
• żvilupp tal-potenzjal tal-atleti lokali permezz tal-faċiliatjeit sportivi kif ukoll
biċ-ċentru għax-xjenza sportiva
• ħolqien ta’ Kulleġġ Sportiv li jindirizza l-ħtiġijiet akkademiċi u sportivi talatleti
promettenti




[ACTIONBUTTON]    [ACTIONBUTTON]